8.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 48/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Staatssecretaris van Financiën vs Fiscale Eenheid X NV cs
(Kawża C-595/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sitt Direttiva tal-VAT - Eżenzjonijiet - Artikolu 13B(d), punt 6 - Fondi speċjali ta’ investiment - Kunċett - Investimenti fi proprjetajiet immobbli - Immaniġġjar ta’ fondi speċjali ta’ investiment - Kunċett - Operat effettiv ta’ proprjetà immobbli))
(2016/C 048/02)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën
Konvenuta: Fiscale Eenheid X NV cs
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 13B(d), punt 6, tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 91/680/KEE, tas-16 ta’ Diċembru 1991, għandu jiġi interpretat fis-sens li kumpanniji ta’ investiment bħalma huma l-kumpanniji inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fihom jinġabar kapital minn diversi investituri li jsostnu r-riskju li huwa marbut mal-immaniġġjar tal-assi miġbura f’dawn bl-għan tax-xiri, tal-pussess, tal-immaniġġjar u tal-bejgħ ta’ proprjetajiet immobbli sabiex isir profitt minnhom, li jitqassam lill-azzjonisti kollha fil-forma ta’ dividend, u dawn tal-aħħar jieħdu wkoll vantaġġ minħabba ż-żieda fil-valur tas-sehem tagħhom, jistgħu jitqiesu li huma “fondi speċjali ta’ investiment”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, sakemm l-Istat Membru kkonċernat ikun issuġġetta lil dawn il-kumpanniji għal sorveljanza Statali speċifika.
2)
L-Artikolu 13B(d), punt 6, tas-Sitt Direttiva 77/388 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “mmaniġġjar” li jinsab f’din id-dispożizzjoni ma jirreferix għall-operattiv effettiv tal-proprjetajiet immobbli ta’ fond speċjali ta’ investiment.
(1) ĠU C 39, 8.2.2014.
Full & Egal Universal Law Academy