9.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 371/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Settembru 2015 – Total SA vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-597/13 P) (1)
((Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tax-xema’ tal-paraffin - Suq tax-xema’ ratba - Ksur imwettaq minn kumpannija sussidjarja miżmuma 100 % minn kumpannija parent - Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarja tagħha - Responsabbiltà tal-kumpannija parent li tirriżulta esklużivament mill-aġir li jikkostitwixxi ksur tas-sussidjarja tagħha - Sentenza li tnaqqas l-ammont tal-multa imposta fuq is-sussidjarja - Effetti fuq is-sitwazzjoni ġuridika tal-kumpannija parent))
(2015/C 371/06)
Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Total SA (rappreżentanti: E. Morgan de Rivery u E. Lagathu, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier u P. Van Nuffel, aġenti)
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea Total vs Il-Kummissjoni (T-548/08, EU:T:2013:434) hija annullata sa fejn din ma wettqitx allinjament tal-ammont tal-multa imposta fuq Total SA ma’ dak tal-multa imposta fuq Total Raffinage Marketing SA bis-sentenza Total Raffinage Marketing vs Il-Kummissjoni (T-566/08, EU:T:2013:423).
2)
Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.
3)
L-ammont tal-multa imposta fuq Total SA flimkien u in solidum ma’ Total Raffinage Marketing SA fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 5476 finali, tal-1 ta’ Ottubru 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu [81 KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.181 – Candle Waxes), huwa ffissat għas-somma ta’ EUR 12 5 4 59 842.
4)
Total SA għandha tbati tliet kwarti mill-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea u mill-ispejjeż tagħha stess marbuta mal-appell preżenti u mal-proċedura tal-ewwel istanza.
5)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati kwart mill-ispejjeż tagħha stess u mill-ispejjeż ta’ Total SA marbuta mal-appell preżenti u mal-proċedura tal-ewwel istanza.
(1) ĠU C 45, 15.02.2014.
Full & Egal Universal Law Academy