23.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Somalische Vereniging Amsterdam en Omgeving (Somvao) vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie
(Kawża C-599/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 - Artikolu 4 - Baġit ġenerali tal-Unjoni - Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 - Artikolu 53b(2) - Deċiżjoni 2004/904/KE - Fond Ewropew għar-refuġjati għall-perijodu 2005-2010 - Artikolu 25(2) - Bażi legali tal-obbligu ta’ rkupru ta’ sussidju fil-każ ta’ irregolarità))
(2015/C 065/20)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Somalische Vereniging Amsterdam en Omgeving (Somvao)
Konvenut: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie
Dispożittiv
Il-parti inizjali tal-Artikolu 53b(2) u l-Artikolu 53b(2)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/25, tal-25 ta’ Ġunju 2002, rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1995/2006, tat-13 ta’ Diċembru 2006, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fin-nuqqas ta’ bażi legali tad-dritt intern, din id-dispożizzjoni tipprovdi bażi legali għal deċiżjoni tal-awtoritajiet nazzjonali li temenda, għad-detriment tal-benefiċjarju, l-ammont ta’ sussidju mogħti mill-Fond Ewropew għar-Refuġjati, fil-kuntest tal-ġestjoni kondiviża bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri, u li tordna l-irkupru ta’ parti minn dan l-ammont mingħandu. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-aġir kemm tal-benefiċjarju tas-sussidju kif ukoll tal-amministrazzjoni nazzjonali, il-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, kif mifhuma fid-dritt tal-Unjoni, ġewx osservati fir-rigward tat-talba għal rimbors.
(1) ĠU C 24, 25.01.2014.
Full & Egal Universal Law Academy