3.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 104/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Jannar 2017 – Aloys F. Dornbracht GmbH & Co. KG vs Il-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-604/13 P) (1)
(Appell - Akkordji - Suq tal-Belġju, tal-Ġermanja, ta’ Franza, tal-Italja, tal-Pajjiżi l-Baxxi u tal-Awstrija tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju - Koordinazzjoni tal-prezzijiet tal-bejgħ u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Regolament (KE) Nru 1/2003 - Artikol 23(2) - Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tas-sena 2006 - Prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività - Eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha - Tul eċċessiv tal-proċedura)
(2017/C 104/02)
Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Aloys F. Dornbracht GmbH & Co. KG (rappreżentanti: H. Janssen u T. Kapp, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u L. Malferrari, aġenti, assistiti minn A. Böhlke, avukat), il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Aloys F. Dornbracht GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 24, 25.01.2014.
Full & Egal Universal Law Academy