16.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 381/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kammarrätten i Sundsvall – l-Isvezja) – OKG AB vs Skatteverket
(Kawża C-606/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2003/96/KE - Artikoli 4 u 21 - Direttiva 2008/118/KE - Direttiva 92/12/KEE - Artikolu 3(1) - Kamp ta’ applikazzjoni - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru - Ġbir ta’ taxxa fuq il-kapaċità termali tar-reatturi nukleari))
(2015/C 381/03)
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Kammarrätten i Sundsvall
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: OKG AB
Konvenuta: Skatteverket
Dispożittiv
1)
L-Artikoli 4(2) u 21(5) tad-Direttiva ta-Kunsill Nru 2003/96KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-ħlas ta’ taxxa li tolqot il-kapaċità termali ta’ reatturi nukleari sa fejn tali taxxa ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.
2)
Id-Direttiva tal-Kunsill Nru 92/12/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti, għandha tiġi interpretata fis-sens li taxxa li tolqot il-kapaċità termali ta’ reattur nukleari ma tikkostitwixxix “dazju tas-sisa” fis-sens ta’ din id-direttiva.
(1) ĠU C 39, 8.2.2014
Full & Egal Universal Law Academy