21.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 – ClientEarth vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-612/13 P) (1)
(Appell - Aċċess għal dokumenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - It-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) - Informazzjoni dwar l-ambjent - Konvenzjoni ta’ Aarhus - Artikolu 4(1) u (4) - Eċċezzjoni għad-dritt ta’ aċċess - Ħarsien tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni - Studji mwettqa minn impriża, fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea, dwar it-traspożizzjoni ta’ direttivi fi kwistjonijiet ambjentali - Rifjut parzjali ta’ aċċess)
(2015/C 311/04)
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: ClientEarth (rappreżentant: P. Kirch, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Pignataro-Nolin, P. Costa de Oliveira u M. Konstantinidis, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: J. Rodrigues u L. Visaggio, aġenti, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Moore, M. Simm u A. Jensen, aġenti)
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea ClientEarth vs Il-Kummissjoni (T-111/11, EU:T:2013:482) hija annullata sa fejn, permezz tagħha, il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea aċċettat li l-Kummissjoni Ewropea setgħet, permezz tad-deċiżjoni tagħha, tat-30 ta’ Mejju 2011, tirrifjuta lil ClientEarth, abbażi ta’ preżunzjoni ġenerali, l-aċċess integrali għal dawk l-istudji dwar il-konformità tal-leġiżlazzjoni ta’ diversi Stati Membri mad-dritt dwar l-ambjent tal-Unjoni li, fid-data tal-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni, ma kinux wasslu lill-Kummissjoni Ewropea biex tibgħat ittra ta’ intimazzjoni lill-Istat Membru kkonċernat, skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 258 tat-TFUE, u għalhekk ma kinux ġew inklużi f’fajl dwar il-fażi prekontenzjuża ta’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu.
2)
Il-kumplament tal-appell għandu jiġi miċħud.
3)
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Mejju 2011 hija annullata sa fejn, permezz tagħha, il-Kummissjoni Ewropea rrifjutat li tagħti lil ClientEarth l-aċċess integrali għall-istudji msemmija fil-punt 1 tad-dispożittiv ta’ din is-sentenza.
4)
ClientEarth u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom relatati mal-proċedura tal-appell u l-proċedura tal-ewwel istanza.
5)
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom relatati mal-proċedura tal-appell.
(1) ĠU C 71, 8.3.2014.
Full & Egal Universal Law Academy