3.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 104/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Jannar 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Keramag Keramische Werke GmbH, li kienet Keramag Keramische Werke AG et
(Kawża C-613/13 P) (1)
((Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, Olandiż u Awstrijak tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju - Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Obbligu ta’ motivazzjoni))
(2017/C 104/05)
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, F. Ronkes Agerbeek u J. Norris-Usher, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Keramag Keramische Werke GmbH, li kienet Keramag Keramische Werke AG, Koralle Sanitärprodukte GmbH, Koninklijke Sphinx BV, Allia SAS, Produits Céramiques de Touraine SA (PCT), Pozzi Ginori SpA, Sanitec Europe Oy (rappreżentanti: J. Killick, Barrister, P. Lindfelt, avukat, K. Struckmann, Avukat)
Dispożittiv
1)
Il-punti 1 u 2 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta’ Settembru 2013, Keramag Keramische Werke et vs Il-Kummissjoni (T-379/10 u T 381/10, EU:T:2013:457), huma annullati.
2)
Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.
3)
L-appell inċidentali huwa miċħud.
4)
Il-kawża hija rrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sa fejn tikkonċerna l-parti tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta’ Settembru 2013, Keramag Keramische Werke et vs Il-Kummissjoni (T-379/10 u T-381/10, EU:T:2013:457), li hija annullata b’din is-sentenza.
5)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 52, 22.2.2014
Full & Egal Universal Law Academy