3.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 104/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Jannar 2017 – Masco Corp. et vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-614/13 P) (1)
((Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, Olandiż u Awstrijak tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju - Koordinazzjoni tal-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Ksur uniku u kontinwu - Obbligu ta’ motivazzjoni))
(2017/C 104/06)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Masco Corp., Hansgrohe AG, Hansgrohe Deutschland Vertriebs GmbH, Hansgrohe Handelsgesellschaft mbH, Hansgrohe SA/NV, Hansgrohe BV, Hansgrohe SARL, Hansgrohe Srl, Hüppe GmbH, Hüppe GesmbH, Hüppe Belgium SA (NV), Hüppe BV (rappreżentanti: D. Schroeder u S. Heinz, avukat, B. Fischer, avukat b’mandat minn J. Temple Lang, Solicitor)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Malferrari u F. Ronkes Agerbeek, aġenti, assistiti minn B. Kennelly QC)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Masco Corp., Hansgrohe AG, Hansgrohe Deutschland Vertriebs GmbH, Hansgrohe Handelsgesellschaft mbH, Hansgrohe SA/NV, Hansgrohe BV, Hansgrohe SARL, Hansgrohe Srl, Hüppe GmbH, Hüppe GesmbH, Hüppe Belgium SA/NV u Hüppe BV huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 24, 25.1.2014.
Full & Egal Universal Law Academy