16.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 296/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2016 – Repsol Lubricantes y Especialidades, SA, li kienet Repsol Lubricantes YPF y Especialidades, SA, Repsol Petróleo, SA, Repsol, SA vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-617/13 P) (1)
((Appell - Artikolu 81 KE - Akkordji - Suq Spanjol tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq - Tqassim tas-suq u koordinazzjoni tal-prezzijiet - Avviż dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f’multi f’każijiet ta’ kartell (2002) - L-aħħar paragrafu tal-punt 23(b) - Immunità parzjali mill-multa - Provi relatati ma’ fatti preċedentement injorati mill-Kummissjoni Ewropea))
(2016/C 296/07)
Lingwa tal-proċedura: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Repsol Lubricantes y Especialidades, SA, li kienet Repsol Lubricantes YPF y Especialidades, SA, Repsol Petróleo, SA, Repsol, SA (rappreżentanti: L. Ortiz Blanco, J. Buendía Sierra, M. Muñoz de Juan, Á. Givaja Sanz, A. Lamadrid de Pablo, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Urraca Caviedes u F. Castillo de la Torre, aġenti)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Repsol Lubricantes y Especialidades SA, Repsol Petróleo SA u Repsol SA huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 24, 25.1.2014.
Full & Egal Universal Law Academy