8.12.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 439/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2014 – British Telecommunications plc vs Il-Kummissjoni Ewropea, BT Pension Scheme Trustees Ltd
(Kawża C-620/13 P) (1)
((Appell - Għajnuna mill-Istat - Eżenzjoni ta’ fond għal pensjoni tal-irtirar mill-obbligu li titħallas, għal ċerti persuni impjegati, kontribuzzjoni għal fond ta’ protezzjoni tal-pensjonijiet tal-irtirar - Natura selettiva tal-miżura))
(2014/C 439/19)
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: British Telecommunications plc (rappreżentanti: J. Holmes, Barrister, H. Legge QC)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u N. Khan, aġenti), BT Pension Scheme Trustees Ltd (rappreżentanti: J. Derenne u A. Müller-Rappard, avukati, inkarigati minn M. Farley, solicitor)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
British Telecommunications plc u BT Pension Scheme Trustees Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 61, 1.03.2014.
Full & Egal Universal Law Academy