3.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 104/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Jannar 2017 – Villeroy & Boch AG vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-625/13 P) (1)
((Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, Olandiż u Awstrijak tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea - Koordinazzjoni tal-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Ksur uniku - Prova - Multi - Ġurisdizzjoni sħiħa - Terminu raġonevoli - Proporzjonalità))
(2017/C 104/09)
Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Villeroy & Boch AG (rappreżentanti: M. Klusmann u T. Kreifels, avukati, assistiti minn M. S. Thomas, professur)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Malferrari, F. Castillo de la Torre u F. Ronkes Agerbeek, aġenti)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Villeroy & Boch AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 39, 8.2.2014.
Full & Egal Universal Law Academy