18.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Novembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta förvaltningsdomstolen – l-Isvezja) – Skatteverket vs Hilkka Hirvonen
(Kawża C-632/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-persuni - Ugwaljanza fit-trattament - Taxxa fuq id-dħul - Dħul ta’ persuni taxxabbli mhux residenti suġġett għal taxxa f’ras il-għajn - Esklużjoni ta’ kull tnaqqis fiskali marbut mas-sitwazzjoni personali tal-persuna taxxabbli - Ġustifikazzjoni - Possibbiltà għall-persuni taxxabbli mhux residenti li jagħżlu s-sistema applikabbli għal persuni taxxabbli residenti u li jibbenefikaw mill-imsemmi tnaqqis))
(2016/C 016/04)
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Högsta förvaltningsdomstolen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Skatteverket
Konvenuta: Hilkka Hirvonen
Dispożittiv
Ir-rifjut, fil-kuntest tat-tassazzjoni fuq id-dħul, li jingħata lill-persuni taxxabbli mhux residenti, li jirċievu l-maġġoranza tad-dħul tagħhom fl-Istat sors u li għażlu s-sistema ta’ tassazzjoni f’ras il-għajn, l-istess tnaqqis personali bħal dak mogħti lill-persuni taxxabbli residenti fil-kuntest tas-sistema ta’ tassazzjoni ordinarja, ma jikkostitwixxix diskriminazzjoni kuntrarja għall-Artikolu 21 TFUE meta l-persuni taxxabbli mhux residenti ma jkunux suġġetti għal piż fiskali li fit-totalità tiegħu huwa ikbar minn dak impost fuq il-persuni taxxabbli residenti u fuq il-persuni meqjusa bħalhom, li s-sitwazzjoni tagħhom hija paragunabbli għal dik tagħhom.
(1) ĠU C 31, 1.2.2014.
Full & Egal Universal Law Academy