9.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 371/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Settembru 2015 – Total Marketing Services, aventi kawża ta’ Total Raffinage Marketing vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-634/13 P) (1)
((Appell - Kompetizzjoni - Suq tax-xema’ tal-paraffin - Suq tax-xema’ ratba - Tul tal-parteċipazzjoni f’akkordju illegali - Waqfien tal-parteċipazzjoni - Interruzzjoni tal-parteċipazzjoni - Assenza ta’ kuntatti kollużivi stabbiliti matul ċertu perijodu - Tkomplija tal-ksur - Oneru tal-prova - Tbegħid pubbliku - Perċezzjoni tal-parteċipanti l-oħra fl-akkordju tal-intenzjoni ta’ tbegħid - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipji ta’ preżunzjoni tal-innoċenza, ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva u ta’ individwalità tal-pieni))
(2015/C 371/07)
Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Total Marketing Services, aventi kawża ta’ Total Raffinage Marketing (rappreżentanti: A. Vandencasteele, C. Lemaire u S. Naudin, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Van Nuffel u A. Biolan, aġenti, assistiti minn N. Coutrelis, avukat)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Total Marketing Services SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 45, 15.02.2014.
Full & Egal Universal Law Academy