3.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 104/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Jannar 2017 – Roca Sanitario, SA vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-636/13 P) (1)
((Appell - Akkordji - Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, Olandiż u Awstrijak tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju - Koordinazzjoni tal-prezzijiet tal-bejgħ u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tas-sena 2006 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament - Proporzjonalità - L-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa))
(2017/C 104/11)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Roca Sanitario, SA (rappreżentanti: J. Folguera Crespo, P. Vidal Martínez u E. Navarro Varona, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castilla Contreras, F. Castillo de la Torre u F. Jimeno Fernández, aġenti)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Roca Sanitario, SA, hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 52, 22.2.2014.
Full & Egal Universal Law Academy