23.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-639/13) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2006/112/KE - VAT - Rata mnaqqsa - Artikoli initiżi biex jipprovdu protezzjoni min-nirien))
(2015/C 065/21)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Lozano Palacios u M. Owsiany-Hornung, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)
Dispożittiv
1)
Billi applikat rata mnaqqsa ta’ taxxa fuq il-valur miżud għall-kunsinni ta’ beni intiżi biex jipprovdu protezzjoni min-nirien, elenkati fl-Anness Nru 3 tal-liġi tal-11 ta’ Marzu 2004, dwar it-taxxa fuq il-beni u s-servizzi, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 96 sa 98 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, moqrija flimkien mal-Anness III ta’ din id-direttiva.
2)
Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 45, 15.02.2014
Full & Egal Universal Law Academy