23.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/16
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq
(Kawża C-640/13) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ħlas lura ta’ taxxi mħallsa indebitament taħt id-dritt tal-Unjoni - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Tnaqqis retroattiv tat-terminu ta’ prekrizzjoni tar-rimedji applikabbli - Prinċipju ta’ effettività - Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi))
(2015/C 065/22)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u W. Roels, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentant: J. Beeko, aġent)
Dispożittiv
1)
Billi adotta dispożizzjoni leġiżlattiva, bħall-Artikolu 107 tal-liġi tal-finanzi 2007 (Finance Act 2007), li rrestrinġa, b’effett retroattiv u mingħajr preavviż jew dispożizzjonijiet tranżitorji, id-dritt tal-persuni taxxabbli li jirkupraw it-taxxi imposti bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 4(3) TUE.
2)
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 78, 15.03.2014.
Full & Egal Universal Law Academy