3.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 104/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Jannar 2017 – Villeroy & Boch – Belgium vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-642/13 P) (1)
((Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, Olandiż u Awstrijak tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea - Koordinazzjoni tal-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Ksur uniku - Prova - Multi - Ġurisdizzjoni sħiħa - Terminu raġonevoli - Proporzjonalità))
(2017/C 104/14)
Lingwa tal-proċedura: l-Olandiż
Partijiet
Appellanti: Villeroy & Boch – Belgium (rappreżentanti: O. W. Brouwer u N. Lorjé, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Malferrari u F. Ronkes Agerbeek, aġenti)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Villeroy & Boch Belgium SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 45, 15.2.2014.
Full & Egal Universal Law Academy