21.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-653/13) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 2006/12/KE - Artikoli 4 u 5 - Immaniġġar ta’ skart - Reġjun ta’ Campania - Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja - Konstatazzjoni ta’ nuqqas - Ineżekuzzjoni parzjali tas-sentenza - Artikolu 260(2) TFUE - Sanzjonijiet pekunjarji - Pagamenti ta’ penalità - Somma f’daqqa))
(2015/C 311/06)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Recchia u E. Sanfrutos Cano, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistita minn S. Fiorentino, avvocato dello Stato)
Dispożittiv
1)
Peress li ma ħaditx il-miżuri neċessarji kollha għall-eżekuzzjoni tas-sentenza Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-297/08, EU:C:2010:115), ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 260(1) TFUE.
2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea, fil-kont “Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea”, penalità ta’ EUR 1 20 000 għal kull jum ta’ dewmien fl-implementazzjoni tal-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-297/08, EU:C:2010:115), b’effett mid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza u sakemm is-sentenza Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-297/08, EU:C:2010:115) tiġi kompletament eżegwita.
3)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea, fil-kont “Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea”, somma f’daqqa ta’ EUR 20 miljun.
4)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 93, 29.03.2014.
Full & Egal Universal Law Academy