20.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 236/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Mejju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf – Verder LabTec GmbH & Co. KG vs Finanzamt Hilden
(Kawża C-657/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Libertà ta’ stabbiliment - Artikolu 49 TFUE - Restrizzjonijiet - Irkupru f’diversi stadji tat-taxxa fuq il-qligħ kapitali mhux irrealizzat - Preżervazzjoni tat-tqassim tas-setgħat ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri - Proporzjonalità))
(2015/C 236/14)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Verder LabTec GmbH & Co. KG
Konvenuta: Finanzamt Hilden
Dispożittiv
L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni fiskali ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, fil-każ tat-trasferiment ta’ attiv ta’ kumpannija stabbilita fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru lil stabbiliment permanenti ta’ din il-kumpannija li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, tipprevedi l-iżvelar tal-qligħ kapitali mhux irrealizzat relatat ma dan l-attiv li ġie ġġenerat fit-territorju tal-ewwel Stat Membru, it-tassazzjoni ta’ dan il-qligħ kapitali u l-irkupru f’diversi stadji fuq għaxar snin tat-taxxa relatata miegħu.
(1) ĠU C 71, 08,03,2014.
Full & Egal Universal Law Academy