26.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 350/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tat-28 ta’ Lulju 2016 – Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-660/13) (1)
((Rikors għal annullament - Relazzjonijiet esterni tal-Unjoni Ewropea - Aċċess tal-Konfederazzjoni tal-Isvizzera għas-suq intern - Kontribuzzjoni finanzjarja tal-Konfederazzjoni tal-Isvizzera għall-koeżjoni ekonomika u soċjali ta’ Unjoni mkabbra - Memorandum ta’ Qbil fuq kontribuzzjoni finanzjarja tal-Konfederazzjoni tal-Isvizzera intiż għall-Istati Membri wara t-tkabbir tal-2004 - Tkabbir tal-Unjoni għar-Repubblika tal-Kroazja - Addendum għall-Memorandum ta’ Qbil dwar kontribuzzjoni finanzjarja tal-Konfederazzjoni tal-Isvizzera favur ir-Repubblika tal-Kroazja - Iffirmar tal-addendum mill-Kummissjoni Ewropea f’isem l-Unjoni mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea - Kompetenza - Artikolu 13(2), Artikolu 16(1) u (6), kif ukoll Artikolu 17(1) TUE - Prinċipji ta’ tqassim tal-kompetenzi, ta’ ekwilibriju istituzzjonali u ta’ kooperazzjoni leali))
(2016/C 350/02)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. de Elera-San Miguel Hurtado, P. Mahnič u E. Finnegan, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrent: ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Vláčil, E. Ruffer u M. Hedvábná, aġenti), ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u B. Beutler, aġenti), ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: S. Chala u M. Tassopoulou, aġenti), ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, D. Colas, F. Fize u N. Rouam, aġenti), ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: D. Kriaučiūnas u J. Nasutavičienė, aġenti), l-Ungerija (rappreżentanti: M. Fehér u G. Szima, aġenti), ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. Bulterman, M. Gijzen u M. Noort, aġenti), ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent), ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: J. Heliskoski u H. Leppo, aġenti), ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: J. Kraehling, C. Brodie, S. Behzadi-Spencer u E. Jenkinson, aġenti, assistiti minn J. Holmes, barrister)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u T. Scharf, aġenti)
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 6355 finali, tat-3 ta’ Ottubru 2013, dwar l-iffirmar ta’ addendum għall-Memorandum ta’ Qbil dwar kontribuzzjoni finanzjarja tal-Konfederazzjoni tal-Isvizzera, hija annullata.
2)
L-effetti tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 6355 finali għandhom jinżammu sad-dħul fis-seħħ, fi żmien raġjonevoli, ta’ deċiżjoni ġdida intiża li tissostitwiha.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
4)
Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Litwanja, l-Ungerija, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tal-Finlandja kif ukoll ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 45, 15.2.2014.
Full & Egal Universal Law Academy