27.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 138/17
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-5 ta’ Marzu 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal do Comércio de Lisboa – il-Portugall) – Estado português vs Banco Privado Português SA, fi stralċ, Massa Insolvente do Banco Privado Português SA, fi stralċ
(Kawża C-667/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għajnuna mill-Istat - Garanzija tal-Istat assoċjata ma’ self - Deċiżjoni 2011/346/UE - Domandi dwar il-validità - Ammissibbiltà - Artikolu 107(1) TFUE - Motivazzjoni - Effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri - Artikolu 107(3)(b) TFUE - Perturbazzjoni gravi tal-ekonomija ta’ Stat Membru))
(2015/C 138/21)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal do Comércio de Lisboa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Estado português
Konvenuti: Banco Privado Português SA, fi stralċ, Massa Insolvente do Banco Privado Português SA, fi stralċ
Dispożittiv
L-eżami tad-domandi preliminari magħmula mit-Tribunal do Comércio de Lisboa (il-Portugall) ma wera ebda element tali li jaffettwa l-validità tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/346/UE, tal-20 ta’ Lulju 2010, dwar l-Għajnuna mill-Istat C 33/09 (ex NN 57/09, CP 191/09) implimentata mill-Portugall fil-forma ta’ garanzija tal-Istat lil BPP.
(1) ĠU C 93, 29.03.2014.
Full & Egal Universal Law Academy