20.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 236/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-678/13) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - VAT - Direttiva 2006/112/KE - Anness III - Applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa ta’ VAT għat-tagħmir mediku, għall-materjal awżiljarju u għall-apparat kif ukoll għall-prodotti farmaċewtiċi))
(2015/C 236/15)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Lozano Palacios u D. Milanowska, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)
Dispożittiv
1)
Billi applikat rata mnaqqsa ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għall-kunsinna:
—
ta’ tagħmir mediku, materjal awżiljarju u apparat ieħor li ma huwiex riżervat għall-użu persunali u esklużiv minn persuni b’diżabbiltà jew li ma humiex normlament intiżi sabiex itaffu jew jikkuraw diżabbiltajiet, kif ukoll
—
prodotti li ma humiex prodotti farmaċewtiċi normalment użati għall-kura tas-saħħa, il-prevenzjoni ta’ mard u t-trattament għal finijiet mediċi u veterinarji, lanqas għal prodotti użati għal finijiet ta’ kontraċezzjoni u ta’ protezzjoni iġenika femminili,
msemmija fl-intestaturi 82, 92 u 103 tal-Anness 3 tal-Liġi dwar it-taxxa fuq l-oġġetti u s-servizzi (ustawa o podatku od towarów i usług), tal-11 ta’ Marzu 2004, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 96 sa 98 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, moqrija flimkien mal-Anness III tal-imsemmija direttiva.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Polonja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 61, 1.3.2014.
Full & Egal Universal Law Academy