Kawża C-686/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-10 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta förvaltningsdomstolen – l-Isvezja) – X AB vs Skatteverket (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 49 TFUE — Libertà ta’ stabbiliment — Leġiżlazzjoni fiskali — Taxxa fuq il-kumpanniji — Ishma — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li teżenta l-qligħ kapitali u, b’mod korrispondenti, li teskludi t-tnaqqis tat-telf kapitali — Trasferiment minn kumpannija residenti tal-ishma miżmuma f’sussidjarja mhux residenti — Telf kapitali li jirriżulta minn telf tal-kambju)
C2702015MT510120150610MT00055151
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-10 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta förvaltningsdomstolen – l-Isvezja) – X AB vs Skatteverket
(Kawża C-686/13) ( 1 )
“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 49 TFUE — Libertà ta’ stabbiliment — Leġiżlazzjoni fiskali — Taxxa fuq il-kumpanniji — Ishma — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li teżenta l-qligħ kapitali u, b’mod korrispondenti, li teskludi t-tnaqqis tat-telf kapitali — Trasferiment minn kumpannija residenti tal-ishma miżmuma f’sussidjarja mhux residenti — Telf kapitali li jirriżulta minn telf tal-kambju)”2015/C 270/05Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Högsta förvaltningsdomstolen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: X AB
Konvenuta: Skatteverket
Dispożittiv
L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni fiskali ta’ Stat Membru li, bħala prinċipju, teżenta mit-taxxa fuq il-kumpanniji l-qligħ kapitali mwettaq fuq ishma u li teskludi b’mod korrispondenti t-tnaqqis tat-telf kapitali mwettaq fuq dawn l-ishma, anki meta dan it-telf kapitali jirriżulta minn telf tal-kambju.
( 1 ) ĠU C 71, 08.03.2014.
Full & Egal Universal Law Academy