3.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 363/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht München – il-Ġermanja) – Fliesen-Zentrum Deutschland GmbH vs Hauptzollamt Regensburg
(Kawża C-687/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Dumping - Dazju antidumping impost fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġina miċ-Ċina - Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 917/2011 - Validità - Regolament (KE) Nru 1225/2009 - Artikolu 2(7)(a) - Valur normali - Determinazzjoni fuq il-bażi tal-prezz f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq - Għażla tal-pajjiż terz xieraq - Dmir ta’ diliġenza - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni - Teħid ta’ kampjuni))
(2015/C 363/06)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht München
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Fliesen-Zentrum Deutschland GmbH
Konvenut: Hauptzollamt Regensburg
Dispożittiv
L-eżami tad-domanda preliminari ma żvela ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 917/2011, tat-12 ta’ Settembru 2011, li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.
(1) ĠU C 78, 15.3.2014.
Full & Egal Universal Law Academy