7.4.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 102/8
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-10 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Szombathelyi Törvényszék – l-Ungerija) – Ferenc Tibor Kovács vs Vas Megyei Rendőr-főkapitányság
(Kawża C-5/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 45 TFUE - Moviment liberu tal-ħaddiema - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, taħt piena ta’ multa, għal konduttur li juża vettura li għandha pjanċi ta’ reġistrazzjoni barranin, l-obbligu li jipproduċi in situ l-prova tal-legalità tal-użu tagħha waqt kontroll tal-pulizija))
2014/C 102/09
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Szombathelyi Törvényszék
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ferenc Tibor Kovács
Konvenut: Vas Megyei Rendőr-főkapitányság
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – Szombathelyi Törvényszék – Interpretazzjoni tal-prinċipji ta’ moviment liberu tal-persuni u ta’ projbizzjoni tad-diskriminazzjoni kif ukoll tal-prinċipju tad-dritt għal smigħ xieraq – Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar iċ-ċirkulazzjoni fit-toroq li tipprovdi li fir-rotot ġewwa t-territorju nazzjonali jistgħu jiċċirkulaw il-vetturi li għandhom awtorizzazzjoni u pjanċi amministrattivi nazzjonali, u li l-preżenza tal-kundizzjonijiet li jippermettu deroga minn din ir-regola tista’ tiġi stabbilita biss fl-okkażjoni ta’ kontroll – Obbligu għal persuna li tirrisjedi fi Stat Membru A li taħdem fi Stat Membru B, u li għandha għad-dispożizzjoni tagħha sabiex tmur sal-post tax-xogħol tagħha vettura li tappartjeni għall-persuna li timpjegaha u li għandha pjanċi ta’ reġistrazzjoni tal-Istat Membru B, li tipprova waqt il-kontroll tal-pulizija li hija tuża l-vettura legalment fl-Istat Membru A – Assenza ta’ possibbiltà għax-xufier li jipproduċi l-prova tal-legalità fi stadju ulterjuri waqt proċedura amministrattiva
Dispożittiv
L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi li, fil-prinċipju, jistgħu jiċċirkulaw biss fit-toroq ta’ dan l-Istat Membru l-vetturi li għandhom awtorizzazzjoni amministrattiva u pjanċi ta’ reġistrazzjoni maħruġa minn dan l-istess Stat Membru u li r-resident ta’ dan l-Istat Membru li jixtieq jibbaża ruħu fuq deroga għal din ir-regola, ibbażata fuq il-fatt li huwa juża vettura pprovduta mill-persuna li timpjegah stabbilita fi Stat Membru ieħor, għandu jkun fil-pożizzjoni li jistabbilixxi in situ, waqt kontroll mill-pulizija, li huwa ssodisfa l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ din id-deroga, bħal dawk previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni, taħt piena tal-impożizzjoni immedjata u mingħajr possibbiltà ta’ eżenzjoni minn multa ekwivalenti għal dik applikabbli f’każ ta’ ksur tal-obbligu ta’ reġistrazzjoni.
(1) ĠU C 114, 20.04.2013.
Full & Egal Universal Law Academy