21.12.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 377/4
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-7 ta’ Novembru 2013 — IDT Biologika GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-6/13 P) (1)
(Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kuntratti pubbliċi għal provvisti - Sejħa għal offerti li tikkonċerna l-provvista fis-Serbja ta’ vaċċini anti-rabies - Ċaħda tal-offerta - Appell manifestament inammissibbli jew infondat)
2013/C 377/07
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: IDT Biologika GmbH (rappreżentanti: R. Gross u T. Kroupa, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: F. Erlbacher u T. Scharf, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2012, IDT Biologika vs Il-Kummissjoni (T-503/10), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet talba għall-annullament tad-deċiżjoni tad-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika tas-Serbja, tal-10 ta’ Awwissu 2010, li tagħti l-kuntratt bir-referenza EuropeAid/129809/C/SUP/RS, dwar il-provvista ta’ vaċċini anti-rabies għall-kampanji ta’ tilqim fis-Serbja, lill-konsorzju li kien taħt it-tmexxija tal-kumpannija Bioveta a.s. u li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti — Nuqqas ta’ osservanza tal-limiti imposti fuq il-Kummissjoni fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tagħha
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
IDT Biologika GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 108, 13.04.2013.
Full & Egal Universal Law Academy