3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/54
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Ġunju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad — il-Bulgarija) — Gena Ivanova Cholakova vs Osmo Rayonno Upravlenie pri Stolichna direktsia na vatreshnite raboti
(Kawża C-14/13) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 21(1) TFUE, 67 TFUE u 72 TFUE - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza d-detenzjoni ta’ persuna sabiex tiġi vverifikata l-identità tagħha - Assenza ta’ rabta mad-dritt tal-Unjoni - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)
2013/C 225/99
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad Sofia-grad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Gena Ivanova Cholakova
Konvenut: Osmo Rayonno Upravlenie pri Stolichna direktsia na vatreshnite raboti
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Administrativen sad Sofia-grad — Interpretazzjoni tal-Artikolu 21(1) TFUE, moqri flimkien mal-Artikoli 67 u 72 tal-imsemmi Trattat, kif ukoll tal-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, moqri flimkien mal-Artikoli 6 u 45(1) tal-Karta — Ċittadinanza tal-Unjoni — Moviment liberu tal-persuni — Derogi — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti d-detenzjoni ta’ persuna mill-pulizija, sabiex tiġi vverifikata l-identità tagħha, fil-każ li din il-persuna tirrifjuta jew ma tkunx tista’ tagħti prova tal-identità tagħha — Detenzjoni ta’ mhux iktar minn 24 siegħa — Verifika mhux iġġustifikata minn raġunijiet ta’ ordni pubbliku, ta’ prevenzjoni ta’ attività kriminali jew ta’ salvagwardja tas-sigurtà interna — Setgħa diskrezzjonali tal-pulizija — Assenza tal-obbligu tal-evalwazzjoni tan-neċessità li tiġi stabbilita l-identità tal-persuna
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija), bid-deċiżjoni tas-17 ta’ Diċembru 2012 (Kawża C-14/13).
(1) ĠU C 79, 16.3.2013.
Full & Egal Universal Law Academy