10.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 175/15
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Frar 2014 – Gabi Thesing, Bloomberg Finance LP vs Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)
(Kawża C-28/13) (1)
([Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Artikolu 169(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kontenut neċessarju tar-rikors tal-appell])
2014/C 175/17
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Gabi Thesing, Bloomberg Finance LP (rappreżentanti: M. Stephens u R. Lands, solicitors, kif ukoll T. Pitt-Payne, QC)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: M. López Torres u S. Lambrinoc, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tad-29 ta’ Novembru 2012 fil-Kawża T-590/10, Gabi Thesing u Bloomberg Finance LP vs Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, tal-21 ta’ Ottubru 2010, li tirrifjuta li tagħti lill-appellanti l-aċċess għal żewġ dokumenti li jikkonċernaw id-dejn pubbliku u d-defiċit baġitarju
Dispożittiv
1.
L-appell huwa miċħud.
2.
Gabi Thesing u Bloomberg Finance LP huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) GU C 101, 06.04.2013.
Full & Egal Universal Law Academy