7.4.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 102/8
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Úřad průmyslového vlastnictví – ir-Repubblika Ċeka) – MF 7 a.s. vs MAFRA a.s.
(Kawża C-49/13) (1)
((Artikolu 267 TFUE - Kunċett ta’ “qorti jew tribunal” - Proċedura intiża li twassal għal deċiżjoni ta’ natura ġudizzjarja - Indipendenza - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja))
2014/C 102/10
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Úřad průmyslového vlastnictví
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: MF 7 a.s.
Konvenuta: MAFRA a.s.
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – Úřad průmyslového vlastnictví – Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(2)(d) tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 299, p. 25) – Kriterji ta’ evalwazzjoni tal-mala fide – Influwenza taċ-ċirkustanzi li seħħew wara l-preżentata tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni fuq l-evalwazzjoni tal-bona fide tal-applikant – Kunsens tal-proprjetarju tat-trade mark għal aġir li jista’ jillimita d-drittijiet esklużivi tagħha – Kuntratti konklużi bejn il-proprjetarju tat-trade mark preċedenti u l-applikant tat-trade mark sussegwenti li ma jirregolawx id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali – Tolleranza tat-trade mark ikkontestata mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti matul perijodu estiż
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tagħti risposta għad-domandi magħmula mill-Úřad průmyslového vlastnictví (Ir-Repubblika Ċeka) permezz ta’ deċiżjoni tat-22 ta’ Jannar 2013.
(1) ĠU C 141, 18.05.2013.
Full & Egal Universal Law Academy