3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/54
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-8 ta’ Mejju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Tivoli — l-Italja) — T
(Kawża C-73/13) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Assenza - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)
2013/C 225/100
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Tivoli
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: T
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale di Tivoli — Interpretazzjoni tal-Artikolu 47(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, moqri flimkien mal-Artikolu 6 TUE u l-Artikolu 52(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali — Għajnuna legali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li l-onorarji tar-rappreżentant legali ma jistgħux jaqbżu l-ammonti medji applikati skont it-tariffi professjonali fis-seħħ meta l-klijent ikun ingħata l-għajnuna legali
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma għandhiex, manifestament, ġurisdizzjoni sabiex tagħti risposta għad-domandi magħmula mit-Tribunale di Tivoli (l-Italja).
(1) ĠU C 147, 25.5.2013
Full & Egal Universal Law Academy