3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/54
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-30 ta’ Mejju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Tivoli — l-Italja) — Francesco Fierro, Fabiana Marmorale vs Edoardo Ronchi, Cosimo Scocozza
(Kawża C-106/13) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Assenza - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)
2013/C 225/101
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Tivoli
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Francesco Fierro, Fabiana Marmorale
Konvenuti: Edoardo Ronchi, Cosimo Scocozza
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale di Tivoli — Interpretazzjoni tal-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll għall-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, moqri flimkien mal-Artikolu 6 TUE u mal-Artikoli 17 u 52(3) tal-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali — Dritt għall-proprjetà — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lill-awtoritajiet amministrattivi lokali li jipprojbixxu lill-proprjetarju milli jbiegħ parti mill-proprjetà immobbli tiegħu mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija manifestament nieqsa mill-ġurisdizzjoni biex tirrispondi għad-domanda preliminari mressqa mit-Tribunale di Tivoli (l-Italja).
(1) ĠU C 141, 18.5.2013.
Full & Egal Universal Law Academy