14.4.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/19
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-30 ta’ Jannar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Ordinario di Firenze – L-Italja) – Paola C vs Presidenza del Consiglio dei Ministri
(Kawża C-122/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Direttiva 2004/80/KE - Artikolu 12 - Kumpens għal vittmi ta’ kriminalità intenzjonali u vjolenti - Sitwazzjoni purament interna - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja))
2014/C 112/22
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Ordinario di Firenze
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Paola C
Konvenut: Presidenza del Consiglio dei Ministri
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – Tribunale Ordinario di Firenza – Interpretazzjoni tal-Artikolu 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE, tad-29 ta’ April 2004, li għandha x’taqsam ma’ kumpens għal vittmi ta’ delitti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 65) – Kamp ta’ applikazzjoni – Leġiżlazzjoni li ma tipprovdix skema ta’ kumpens għal vittmi ta’ kriminalità intenzjonali vjolenta mwettqa fuq it-territorju nazzjonali li tiggarantixxi kumpens ġust u xieraq għall-vittmi kollha ta’ delitti vjolenti
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija manifestament nieqsa mill-ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi d-domanda magħmula mit-Tribunale ordinario di Firenze (l-Italja).
(1) ĠU C 141, 18.05.2013.
Full & Egal Universal Law Academy