16.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 184/4
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-27 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Barcelona – Spanja) – Bright Service SA vs Repsol Comercial de Produtos Petrolíferos SA
(Kawża C-142/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Akkordji - Artikolu 81 KE - Ftehim ta’ xiri esklużiv - Eżenzjoni - Regolament (KEE) Nru 1984/83 - Ftehim eżentat - Regolament (KE) Nru 2790/1999 - Ftehim mhux eżentat - Effetti ratione temporis tal-eżenzjoni))
2014/C 184/05
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Audiencia Provincial de Barcelona
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Bright Service SA
Konvenuta: Repsol Comercial de Produtos Petrolíferos SA
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – Audiencia Provincial de Barcelona – Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1984/83, tat-22 ta’ Ġunju 1983, dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 85(3) tat-Trattat għal kategoriji ta’ ftehimiet ta’ xiri esklużiv (ĠU L 173, p. 5) u tal-Artikoli 3(1) u (5)(a) u 12(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2790/1999, tat-22 ta’ Diċembru 1999, dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal kategoriji ta’ ftehim vertikali u prattiċi miftiehma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 364) – Effetti ratione temporis – Ftehim ta’ distribuzzjoni esklużiva ta’ karburanti u ta’ kombustibbli bejn fornitur u operatur ta’ stazzjon tal-petrol – Ftehim konkluż meta r-Regolament Nru 1984/83 kien fis-seħħ u li jipproduċi l-effetti tiegħu sussegwentement għad-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 2790/1999 – Ftehim li ma jissodisfax il-kundizzjonijiet ta’ dawn iż-żewġ regolamenti
Dispożittiv
L-Artikolu 12(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2790/1999, tat-22 ta’ Diċembru 1999, dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal kategoriji ta’ ftehim vertikali u prattiċi miftiehma, għandu jiġi interpretat fis-sens li kuntratt fis-seħħ fil-31 ta’ Mejju 2000, li jinkludi kawżola ta’ nuqqas ta’ kompetizzjoni u li jissodisfa l-kundizzjonijiet għal eżenzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1984/83, tat-22 ta’ Ġunju 1983, dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 85(3) tat-Trattat għal kategoriji ta’ ftehimiet ta’ xiri esklużiv, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1582/97, tat-30 ta’ Lulju 1997, iżda mhux dawk tar-Regolament Nru 2790/1999 ikompli jiġi eżentat, taħt l-imsemmi Artikolu 12(2), mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81(1) KE, unikament sal-31 ta’ Diċembru 2001.
(1) ĠU C 178, 22.06.2013.
Full & Egal Universal Law Academy