7.4.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 102/10
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-28 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil régional d’expression française de l’ordre des médecins vétérinaires – il-Belġju) – proċedura dixxiplinari kontra Jean Devillers
(Kawża C-167/13) (1)
([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Conseil régional d’expression française de l’ordre des médecins vétérinaires - Kunċett ta’ “qorti jew tribunal ta’ Stat Membru” fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja])
2014/C 102/12
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil régional d’expression française de l’ordre des médecins vétérinaires
Parti fil-kawża prinċipali
Jean Devillers
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – Conseil régional d’expression française de l’Ordre des médecins vétérinaires (il-Belġju) – Interpretazzjoni tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005, tat 22 ta’ Diċembru 2004, dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (ĠU L 3, p. 1) – Domanda preliminari magħmula minn ordni professjonali – Kunċett ta’ qorti jew tribunal fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Punti ta’ fatt u ta’ liġi insuffiċjenti – Ammissibbiltà tad-domanda
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni biex twieġeb għad-domanda magħmula mill-Conseil régional d’expression française de l’ordre des médecins vétérinaires (il-Belġju), fid-deċiżjoni tagħha tat-23 ta’ Marzu 2013.
(1) ĠU C 164, 08.06.2013.
Full & Egal Universal Law Academy