14.4.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/19
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Jannar 2014 – nfon AG vs: Fon Wireless Ltd, L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-193/13 P) (1)
((Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “nfon” - Oppożizjoni mill-proprjetarju tat-trade mark figurattiva Komunitarja li tinkludi l-element verbali “fon” u tat-trade mark verbali nazzjonali FON - Ċaħda tal-oppożizzjoni mill-Bord tal-Appell tal-UASI))
2014/C 112/23
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: nfon AG (rappreżentant: V. von Bomhard, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Fon Wireless Ltd (rappreżentant: L. Montoya Terán, avukat), L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla), tad-29 ta’ Jannar 2013, Fon Wireless vs UASI – Nfon (Nfon) (T-283/11), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali rriformat id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-18 ta’ Marzu 2011 (Każ R 1017/2009-4), fis-sens li l-appell ippreżentat minn nfon AG quddiem il-Bord tal-Appell huwa miċħud – Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
nfon AG hija kkundannata tħallas, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti minn Fon Wireless Ltd.
3)
L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 189, 29.06.2013.
Full & Egal Universal Law Academy