16.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 184/6
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-27 ta’ Marzu 2014 – Polyelectrolyte Producers Group, SNF SAS, Travetanche Injection SPRL vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi
(Kawża C-199/13 P) (1)
([Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura - Regolament (KE) Nru 1907/2006 (Regolament REACH) - Restrizzjonijiet applikabbli għat-tqegħid fis-suq u għall-użu tal-akrilammid - Regolament (UE) Nru 366/2011 li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006])
2014/C 184/08
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Polyelectrolyte Producers Group, SNF SAS, Travetanche Injection SPRL (rappreżentanti: K. Van Maldegem u R. Cana, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Manhaeve u P. Oliver, aġenti, assistiti minn J. Stuyck u A.-M. Vandromme, avukati), Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. Bulterman u B. Koopman, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-1 ta’ Frar 2013, Polyelectrolyte Producers Group et vs Il-Kummissjoni (T-368/11) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors intiż għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 366/2011, tal-14 ta’ April 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) (ĠU L 101, p. 12) sa fejn jistabbilixxi restrizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-akrilammid għall-applikazzjonijiet tal-mili tal-fili
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Polyelectrolyte Producers Group, SNF SAS u Travetanche Injection SPRL huma kkundannati għall-ispejjeż.
3)
Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) GU C 171, 15.06.2013.
Full & Egal Universal Law Academy