7.4.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 102/10
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Chancery Division) – ir-Renju Unit) – Glaxosmithkline Biologicals SA, Glaxosmithkline Biologicals, Niederlassung der Smithkline Beecham Pharma GmbH & Co. KG vs Comptroller-General of Patents, Designs and Trade Marks
(Kawża C-210/13) (1)
((Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari - Regolament (KE) Nru 469/2009 - Kunċetti ta’ “ingredjent attiv” u ta’ “kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi” - Adjuvant))
2014/C 102/13
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice (Chancery Division)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Glaxosmithkline Biologicals SA, Glaxosmithkline Biologicals, Niederlassung der Smithkline Beecham Pharma GmbH & Co. KG
Konvenut: Comptroller-General of Patents, Designs and Trade Marks
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – High Court of Justice (Chancery Division) – Interpretazzjoni tal-Artikolu 1(b) tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (ĠU L 152, p. 1) – Kunċetti ta’ “ingredjent attiv” u “kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi” – Adjuvant li waħdu ma għandux effett terapewtiku iżda li jsaħħaħ l-effett terapewtiku f’antiġen
Dispożittiv
L-Artikolu 1(b) tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, hekk kif adjuvant ma jaqax taħt il-kunċett ta’ “ingredjent attiv” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, kombinazzjoni ta’ żewġ sustanzi fejn waħda minnhom hija ingredjent attiv li għandu effetti terapewtiċi proprji filwaqt li l-oħra, adjuvant, tippermetti li dawn l-effetti terapewtiċi jikbru iżda, waħedha, hija nieqsa minn effett terapewtiku proprju, ma taqax taħt il-kunċett ta’ “kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi” fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni.
(1) ĠU C 189, 29.06.2013.
Full & Egal Universal Law Academy