10.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 175/17
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-6 ta’ Frar 2014 – Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-223/13) (1)
((Rikors għal annullament - Regolament (UE) Nru 93/2013 - Kawża mibgħuta lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea))
2014/C 175/20
Lingwa tal-proċedura: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. Bulterman u J. Langer, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Clausen u P. Van Nuffel, aġenti)
Suġġett
Annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 93/2013, tal-1 ta’ Frar 2013, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur, fir-rigward tal-iffissar ta’ indiċijiet tal-prezzijiet tal-abitazzjonijiet okkupati mis-sidien (ĠU L 33, p. 14).
Dispożittiv
1)
Il-Kawża C-223/13 hija mibgħuta lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 189, 29.06.2013.
Full & Egal Universal Law Academy