7.4.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 102/11
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ Novembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal des affaires de sécurité sociale des Bouches du Rhône – Franza) – Anouthani Mlamali vs Caisse d’allocations familiales des Bouches-du-Rhône
(Kawża C-257/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Assenza ta’ informazzjoni suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv tat-tilwima fil-kawża prinċipali kif ukoll dwar ir-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta għad-domanda preliminari - Inammissibbiltà manifesta))
2014/C 102/14
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal des affaires de sécurité sociale des Bouches du Rhône
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Anouthani Mlamali
Konvenuta: Caisse d’allocations familiales des Bouches-du-Rhône
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – Tribunal des affaires de sécurité sociale des Bouches du Rhône – Interpretazzjoni tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/109/KE, tal-25 ta’ Novembru 2003, dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 272) – Ċittadin ta’ pajjiż terz f’sitwazzjoni regolari – Ċaħda ta’ talba għal benefiċċji tal-familja favur minuri dipendenti li huwa stess huwa ċittadin ta’ pajjiż terz – Evitar tad-dispożizzjoni legali tar-riunifikazzjoni familjari – Rifjut motivat min-nuqqas ta’ preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ kontroll mediku maħruġ mill-Agence nationale de l’accueil des étrangers et des migrations – Ugwaljanza fit-trattament
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari ppreżentata mit-tribunal des affaires de sécurité sociale des Bouches-du-Rhône (Franza), permezz ta’ deċiżjoni tat-13 ta’ Mejju 2013, hija manifestament inammissibbli.
(1) ĠU C 207, 20.07.2013
Full & Egal Universal Law Academy