19.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/10
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Elcogás, SA vs Administración del Estado, Iberdrola, SA
(Kawża C-275/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għajnuna mill-Istat - Kunċett ta’ ‘intervent tal-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat’ - Kumpanniji li għandhom stallazzjonijiet ta’ produzzjoni tal-enerġija elettrika - Finanzjamenti straordinarji))
(2015/C 016/13)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Elcogás, SA
Konvenuta: Administración del Estado, Iberdrola, SA
Dispożittiv
L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxu intervent tal-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat l-ammonti allokati lil impriża privata li tipproduċi elettriku li huma ffinanzjati mill-konsumaturi kollha tal-elettriku li jinsabu fit-territorju nazzjonali u huma mqassma lill-impriżi tas-settur tal-elettriku minn organu pubbliku skont kriterji legali predeterminati.
(1) ĠU C 226, 03.08.2013.
Full & Egal Universal Law Academy