14.4.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/20
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Jannar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kúria – l-Ungerija) – Ferenc Weigl vs Nemzeti Innovációs Hivatal
(Kawża C-332/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 30 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Assenza - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni manifest tal-Qorti tal-Ġustizzja))
2014/C 112/24
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Kúria
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ferenc Weigl
Konvenuta: Nemzeti Innovációs Hivatal
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – Kúria – Interpretazzjoni tal-Artikolu 6 TUE u tal-Artikoli 30 u 51 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Protezzjoni tal-ħaddiema f’każ ta’ tkeċċija mhux ġustifikata – Tkeċċija mingħajr raġuni invokata – Uffiċjal ta’ korp tal-amministrazzjoni pubblika li tkeċċa fuq il-bażi ta’ dispożizzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrigwarda r-Regolamenti tal-Persunal
Dispożittiv
Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni manifest tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula mill-Kúria (l-Ungerija), permezz ta’ deċiżjoni tal-5 ta’ Ġunju 2013, kif ikkompletata permezz ta’ deċiżjoni addizzjonali tat-18 ta’ Lulju 2013.
(1) ĠU C 274, 21.09.2013.
Full & Egal Universal Law Academy