19.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/10
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – BestWater International GmbH vs Michael Mebes, Stefan Potsch
(Kawża C-348/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati - Direttiva 2001/29/KE - Soċjetà tal-informazzjoni - Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati - Artikolu 3(1) - Komunikazzjoni lill-pubbliku - Kunċett - Links tal-internet li jagħtu aċċess għal xogħlijiet protetti - Użu tat-teknika tal-“framing”))
(2015/C 016/14)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: BestWater International GmbH
Konvenuti: Michael Mebes, Stefan Potsch
Dispożittiv
Is-sempliċi fatt li xogħol protett, liberament disponibbli fuq sit tal-Internet, jiġi inserit fuq sit tal-Internet ieħor permezz ta’ link li juża t-teknika tal-“framing”, bħal dik użata fil-kawża prinċipali, ma jistax jiġi kkwalifikat bħala “komunikazzjoni lill-pubbliku”, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, peress li x-xogħol inkwistjoni ma huwa la trażmess lil pubbliku ġdid u lanqas ikkomunikat skont metodu tekniku speċifiku, differenti minn dak tal-komunikazzjoni oriġinali.
(1) ĠU C 325, 09.11.2013.
Full & Egal Universal Law Academy