16.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 56/3
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-4 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Estación de Servicio Pozuelo 4 SL vs GALP Energía España SAU
(Kawża C-384/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġusizzja - Akkordji - Artikolu 81 KE - Kuntratt ta’ provvista esklużiva ta’ karburant u ta’ kombustibbli - Regolament (KEE) Nru 1984/83 - Artikolu 12(2) - Regolament (KE) Nru 2790/1999 - Artikoli 4(a) u 5(a) - Tul tal-perijodu tal-esklużività - Ftehim ta’ importanza sekondarja))
(2015/C 056/03)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Estación de Servicio Pozuelo 4 SL
Konvenuta: GALP Energía España SAU
Dispożittiv
1)
Kuntratt, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jipprovdi għall-istabbiliment ta’ dritt in rem, favur fornitur ta’ prodotti taż-żejt sabiex jibni pompa tal-petrol u jagħtiha b’kiri lill-proprjetarju tal-art, u li jimponi obbligu ta’ xiri esklużiv għal perijodu twil, ma għandux, fil-prinċipju, bħala effett li jirrestrinġi b’mod sinjifikattiv il-kompetizzjoni u għalhekk ma jaqax taħt il-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 81(1) KE, sakemm, minn naħa, is-sehem tas-suq ta’ dan il-fornitur ma jaqbizx 3 %, filwaqt li s-sehem tas-suq tat-tliet fornituri l-oħrajn flimkien jammonta għal 70 %, u, min-naħa l-oħra, it-tul tal-imsemmi kuntratt ma huwiex manisfestament eċċessiv meta mqabbel mat-tul medju tal-kuntratti ġeneralment konklużi fis-suq inkwisjtoni, li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.
2)
L-Artikolu 12(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2790/1999, tat-22 ta’ Diċembru 1999, dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal kategoriji ta’ ftehim vertikali u prattiċi miftiehma, għandu jiġi interpretat fis-sens li kuntratt fis-seħħ fil-31 ta’ Mejju 2000, li jinkludi klawżola ta’ nuqqas ta’ kompetizzjoni u li jissodisfa l-kundizzjonijiet previsti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1984/83,tat-22 ta’ Ġunju 1983, dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 85(3) tat-Trattat għal kategoriji ta’ ftehim vertikali u prattiċi miftiehma, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1582/97, tat-30 ta’ Lulju 1997, mingħajr madankollu ma jissodisfa dawk previsti mir-Regolament Nru 2790/1999, huwa eżenti mill-projbizzjoni mill-Artikolu 81(1) KE sal-31 ta’ Diċembru 2001.
(1) ĠU C 274, 21.09.2013.
Full & Egal Universal Law Academy