10.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 175/19
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-29 ta’ Jannar 2014 – Simone Gbagbo vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika tal-Côte d’Ivoire
(Kawża C-397/13 P) (1)
((Appell - Terminu - Rekwiżiti Proċedurali - Inammissibbiltà manifesta))
2014/C 175/23
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Simone Gbagbo (rappreżentant: J.-C. Tchikaya, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u M. Chavrier, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika tal-Côte d’Ivoire (rappreżentant: J.-P. Mignard, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-25 ta’ April 2013, Gbagbo vs Il-Kunsill (T-119/11) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors li għandu bħala suġġett talba għal annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/18/PESK, tal-14 ta’ Jannar 2011, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire (ĠU L 11, p. 36) u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 25/2011, tal-14 ta’ Jannar 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire (ĠU L 11, p. 1), sa fejn jikkonċernaw lill-appellanti – Iffriżar ta’ fondi – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Simone Gbagbo hija kkundannata, minbarra għall-ispejjeż tagħha, għal dawk esposti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
3)
Ir-Repubblika tal-Côte d’Ivoire għandha tbati l-ispejjeż tagħha nnifisha.
(1) GU C 274, 21.09.2013
Full & Egal Universal Law Academy