17.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 409/24
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-17 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad – Varna – il-Bulgarija) – Levent Redzheb Yumer vs Direktor na Teritoriyalna direktsia na Natsionalna agentsia za prihodite – Varna
(Kawża C-505/13) (1)
((Taxxa fuq id-dħul - Artikolu 2 TUE - Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ effettività u ta’ proporzjonalità - Dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq id-dħul tal-bdiewa - Esklużjoni ta’ persuni fiżiċi li jeżerċitaw l-attività ta’ bidwi - Implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Assenza - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja))
2014/C 409/35
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad – Varna
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Levent Redzheb Yumer
Konvenut: Direktor na Teritoriyalna direktsia na Natsionalna agentsia za prihodite – Varna
Dispożittiv
1)
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija manifestament nieqsa mill-ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi preliminari magħmula mill-Administrativen sad Varna (il-Bulgarija), permezz tad-deċiżjoni tal-5 ta’ Settembru 2013.
2)
L-ewwel u t-tieni domandi huma manifestament inammissibbli sa fejn dawn jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2 TUE.
(1) ĠU C 344, 23.11.2013.
Full & Egal Universal Law Academy