17.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 409/25
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Monomeles Protodikeio Athinon- il-Greċja) – Honda Giken Kogyo Kabushiki Kaisha vs Maria Patmanidi AE
(Kawża C-535/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Trade marks - Dritt tal-proprjetarju ta’ trade mark li jopponi l-ewwel tqegħid fis-suq fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), mingħajr il-permess tiegħu, ta’ prodotti li jaqgħu taħt din it-trade mark))
2014/C 409/37
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Monomeles Protodikeio Athinon
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Honda Giken Kogyo Kabushiki Kaisha
Konvenuta: Maria Patmanidi AE
Dispożittiv
L-Artikoli 5 u 7 tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks, kif emendata bil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992, kif ukoll l-Artikoli 9 u 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nruo40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-proprjetarju ta’ trade mark jista’ jopponi l-ewwel tqegħid fis-suq fiż-Żona Ekonomika Ewropea jew fl-Unjoni Ewropea, mingħajr il-permess tiegħu, ta’ prodotti li jaqgħu taħt din it-trade mark
(1) ĠU C 377, 21.12.2013.
Full & Egal Universal Law Academy