16.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 184/9
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Frar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral – il-Portugall) – Merck Canada Inc. vs Accord Healthcare Limited, Alter SA, Labochem Ltd, Synthon BV, Ranbaxy Portugal – Comércio e Desenvolvimento de Produtos Farmacêuticos, Unipessoal Lda
(Kawża C-555/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kunċett ta’ “qorti jew tribunal ta’ Stat Membru” skont l-Artikolu 267 TFUE - Tribunal Arbitral necessário - Ammissibbiltà - Regolament (KE) Nru 469/2009 - Artikolu 13 - Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għall-prodotti mediċinali - Perijodu ta’ validità ta’ ċertifikat - Perijodu massimu ta’ esklużività)
2014/C 184/12
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal Arbitral
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Merck Canada Inc.
Konvenuti: Accord Healthcare Limited, Alter SA, Labochem Ltd, Synthon BV, Ranbaxy Portugal – Comércio e Desenvolvimento de Produtos Farmacêuticos, Unipessoal Lda
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – Tribunal Arbitral – Interpretazzjoni tal-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 152, p. 1) – Tul taċ-ċertifikat – Perijodu ta’ esklużività li jista’ jeċċedi massimu ta’ ħmistax-il sena mid-data tal-ewwel awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali inkwistjoni fl-Unjoni
Dispożittiv
L-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali, moqri flimkien mal-premessa 9 ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-proprjetarju kemm tal-privattiva kif ukoll taċ-ċertifikat ikun jista’ jgawdi mill-perijodu ta’ validità sħiħ ta’ dan iċ-ċertifikat ikkalkolat skont dan l-Artikolu 13 f’sitwazzjoni fejn, skont dan il-perijodu, huwa jibbenefika minn perijodu ta’ esklużività, li tikkonċerna ingredjent attiv, ta’ iktar minn ħmistax-il sena mill-ewwel awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, fl-Unjoni Ewropea, tal-prodott mediċinali li jikkonsisti f’dan l-ingredjent attiv jew li jinsab fih.
(1) ĠU C 15, 18.01.2014.
Full & Egal Universal Law Academy