29.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/10
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-22 ta’ April 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Suceava – ir-Rumanija) – Casa Judeţeană de Pensii Botoşani vs Polixeni Guletsou
(Kawża C-598/13) (1)
([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Domanda preliminari identika - Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Artikolu 7(2)(ċ) - Applikabbiltà tal-konvenzjonijiet tas-sigurtà soċjali bejn l-Istati Membri - Refuġjat li jintbagħat lura lejn pajjiżu li jorigina minn Stat Membru - Twettiq ta’ perijodi ta’ impjieg fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor - Talba għall-għoti ta’ benefiċċju tax-xjuħija - Rifjut])
(2015/C 213/15)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Suceava
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Casa Judeţeană de Pensii Botoşani
Konvenuta: Polixeni Guletsou
Dispożittiv
L-Artikolu 7(2)(ċ) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 tal-Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità fil-verżjoni emendata tiegħu u aġġornata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1992/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li ftehim bilaterali dwar il-provvisti tas-sigurtà soċjali taċ-ċittadini ta’ wieħed mill-Istati firmatarji li kellhom il-kwalità ta’ refjuġjati politiċi fit-territorju tal-Istat firmatarju l-ieħor, konkluż f’data meta wieħed miż-żewġ Stati firmatarji kien għadu ma aderixxix fl-Unjoni Ewropea u li ma jidhirx fl-Anness III ta’ dan ir-regolament, ma jibqax applikabbli għas-sitwazzjoni ta’ refuġjati politiċi li jintbagħtu lura lejn l-Istat ta’ oriġini tagħhom qabel il-konklużjoni tal-ftehim bilaterali u d-dħul fis-seħħ tal-imsemmi regolament.
(1) ĠU C 24, 25.01.2014.
Full & Egal Universal Law Academy