4.5.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 146/9
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-11 ta’ Frar 2015 – Iliad, Free infrastructure, Free SAS vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Franċiża, Ir-Repubblika tal-Polonja, Département des Hauts-de-Seine
(Kawża C-624/13 P) (1)
((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Għajnuna mill-Istat - Kumpens għal spejjeż ta’ servizz pubbliku għall-istabbiliment u l-operat ta’ netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi b’veloċità qawwija ħafna))
(2015/C 146/13)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Iliad, Free infrastructure, Free SAS (rappreżentant: T. Cabot, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u C. Urraca Caviedes, aġenti), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: D. Colas u J. Bousin, aġenti), Ir-Repubblika tal-Polonja, Département des Hauts-de-Seine (rappreżentant: G. O’Mahony, avukat)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Iliad SA, Free Infrastructure SAS u Free SAS huma kkundannati għall-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea, tar-Repubblika Franċiża u tad-Département des Hauts-de-Seine.
(1) ĠU C 39, 08.02.2014
Full & Egal Universal Law Academy