15.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 315/31
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – Delphi Hungary Autóalkatrész Gyártó kft vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Nyugat-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága (NAV)
(Kawża C-654/13) (1)
([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - VAT - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 183 - Rimbors tal-eċċess tal-VAT - Sistema nazzjonali li teskludi l-ħlas ta’ interessi moratorji relatati mal-VAT mhux rekuperabbli f’terminu raġonevoli minħabba kundizzjoni ddikjarata kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni - Prinċipju ta’ ekwivalenza])
2014/C 315/49
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Delphi Hungary Autóalkatrész Gyártó kft
Konvenuta: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Nyugat-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága (NAV)
Dispożittiv
Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni u prattika ta’ Stat Membru, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jeskludu l-ħlas ta’ interessi moratorji relatati mal-ammont tat-taxxa fuq il-valur miżjud li ma kienx rekuperabbli f’terminu raġonevoli minħabba dispożizzjoni nazzjonali ġġudikata kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni. Fl-assenza ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea fuq il-qasam, huwa d-dritt nazzjonali li għandu jiddetermina, fl-osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, il-metodi ta’ ħlas ta’ dawn l-interessi, li ma għandhomx ikunu inqas favorevoli minn dawk applikabbli għar-rikorsi fondati fuq il-ksur tad-dritt intern li għandu għan u kawża simili għal dawk fondati fuq il-ksur tad-dritt tal-Unjoni u lanqas ma għandhom jiġu organizzati b’mod li jrendi fil-prattika impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija permezz tal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, liema ħaġa għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju fil-kawża li tressqet quddiemha. Il-qrati nazzjonali huma obbligati jħallu, jekk ikun meħtieġ, mhux applikata kull dispożizzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni.
(1) ĠU C 85, 22.03.2014.
Full & Egal Universal Law Academy